j2webby huwa proġett li Skola bħal Primarja ta’ B’Kara mill-Kulleġġ ta’ Sta Tereża daħlu għalih tul il-perjodu tal-Covid-19. Bdew b’taħriġ ta’ webinar voluntier, imbagħad komplew billi ħarrġu lill-iskola kollha u eventwalment telqu bil-proġett mat-tfal tal-Primarja kollha. Din l-għodda tal-j2e għenet lit-tfal mhux ftit, biex jiksbu ħiliet u kunfidenza fil-kitba kreattiva. Huma bdew jużaw ħafna mill-kompetenzi relatati mas-Seklu 21 fosthom ħiliet diġitali, riċerka indipendenti, kreattivita’ u ħsieb kritiku. Tħarrġu wkoll fil-proċess tal-kitba: drafting, writing, editing, re-writing u eventwalment publishing. Dan kollu seħħ waqt it-tagħlim b’mod virtwali – aħna l-edukaturi min-naħa u l-istudenti mal-ġenituri tagħhom min-naħa l-oħra tal-iskrin id-dar.
Grazzi għall-għajnuna kbira mit-tim tad-DDLTS immexxi minn Grazio Grixti. Grazzi wkoll lil Keith Aquilina u Tania Gatt tas-sapport kollu meħtieġ flimkien ma’ Antonella Giles u Lara Denise Grech mill-istess tim tad-DDLTS li għenu b’mod speċjali fl-ewwel passi ta’ dan il-vjaġġ.
Apparti l-iskola Primarja ta’ Birkirkara tajjeb li wieħed isemmi wkoll l-iskola Primarja taż-Żejtun B li kklassifikat fit-tielet post fl-istess klassifika. B’hekk pajjiżna kklassifika fl-ewwel 3 postijiet b’żewg skejjel Primarji f’din il-klassifika internazzjonali tal-j2webby.