EducationMinistry for Education and EmploymentMy Journey

Pubblikazzjoni tas-CEDEFOP dwar żviluppi fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali f’Malta bejn 2015 -2019

CEDEFOP – li huwa ċ-Ċentru għall-iżvilupp tal-Edukazzjoni Vokazzjonali fl-Unjoni Ewropea – għadu kemm ippubblika rapport b’analiżi tal-iżviluppi u l-progress li saru fl-edukazzjoni vokazzjonali f’Malta mill-2015 sal-2019.

Dan ir-rapport juri li:-

  • l-istudenti li jkomplu l-edukazzjoni vokazzjonali tagħhom wara l-edukazzjoni sekondarja żdiedu minn 13% fl-2015 għal kważi 51% fl-2018. Għal dawn l-istudenti, ir-rotta vokazzjonali saret l-ewwel għażla tagħhom.

 

  • F’Marzu 2018, ġiet approvata l-liġi li tirregola t-Tagħlim ibbażat fuq ix-xogħol u l-Apprendistat f’kuntest tas’ programm ta’ edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali (Work-Based Learning and Apprenticeship Act).

 

  • Ġiet implimentata r-riforma fl-aħħar tliet snin tal-edukazzjoni sekondarja My Journey: Achieving through Different Pathways li kompliet isseddaq il-kwalità u l-eqwità fis-sistema edukattiva Maltija u kompliet ukoll issaħħaħ it-tagħlim vokazzjonali bl-għażla ta’ disa’ suġġetti vokazzjonali u applikati.

 

  • Issaħħet ir-rabta bejn l-edukazzjoni f’kull livell u l-industrija u d-dinja tax-xogħol.

 

  • Żieda sostanzjali fil-kwalità tat-tagħlim vokazzjonali f’kull livell.

 

  • Fl-2018, ir-rata ta’ impjiegi għall-gradwati mill-isitituzzjonijiet vokazzjonali ta’ Malta telgħet għal 92.3% mqabbla mal-medja ta’-80.5% fl-Unjoni Ewropea.

 

  • Jobsplus introduċa skema ta’ sussidju għal servizzi taċ-Childcare għal ġenituri jfittxu x-xogħol sabiex ikunu jistgħu jattendu korsijiet ta’ taħriġ sabiex jidhlu malajr fid-dinja tax-xogħol.  Ippubblika wkoll ktejjeb b’informazzjoni utli dwar ir-rekwiziti ta’ 95% tal-postijiet differenti tax-xogħol f’Malta.

 

  • Il-kors universitarju tat-taħriġ għall-għalliema ttella’ fil-livel ta’ Masters u ġew introdotti korsijiet ta’ taħriġ fis-suġġetti vokazzjonali.

 

  • Barra minn hekk, twaqqaf l-Istitut għall-Edukazzjoni (2015) sabiex jipprovdi taħrig u korsijiet ta’ żvilupp professjonali għall-kategoriji kollha tal-għalliema.

 

  • Il-Kulleġġ Malti għal Arti, Teknoloġija u Xjenza (MCAST) u l-Istitut għall-Istudji Turistiċi, bħala isitituzzjonijiet ta’ edukazzjoni vokazzjonali ogħla, bdew joffru suġġetti vokazzjonali fil-livell ta’ Masters.

 

  • Fl-2017, ġie iffirmat ftehim ġdid bejn il-Ministeru għall-edukazzjoni u l-Unjin tal-Għalliema għas-snin 2018-22 li jqis lill-għalliema kollha bħala komunità ta’ edukaturi professjonal,  b’enfasi ikbar fuq it-taħriġ kontinwu professjonali u fuq ir-rabta bejn it-tagħlim u d-dinja tax-xogħol.

 

A recent CEDEFOP publication on developments in vocational education and training in Malta between 2015-2019 (CEDEFOP which is the Center for the development of Vocational Education in the European Union) has just published a report with an analysis of the developments and progress made in vocational education in Malta from 2015-2019.

This report shows that:

  • Students continuing their vocational education after secondary education increased from 13% in 2015 to almost 51% in 2018. For these students, the vocational route became their first choice.
  • In March 2018, the law regulating Work-Based Learning and Apprenticeship in the context of the Work-Based Learning and Apprenticeship Act was approved.
  • The implementation of the reform of the last 3 years of secondary education My Journey: Achieving through Different Pathways, has continued to foster quality and equity in the Maltese education system and has also further strengthened vocational learning through the choice of 9 vocational and applied subjects.
  • The link between education at all levels and industry and the world of work has been strengthened.
  • There was a substantial increase in the quality of vocational learning at all levels.
  • In 2018, the employment rate for graduates from Malta’s vocational institutions rose to 92.3% compared to the European Union average of 80.5%.
  • Jobsplus has introduced a subsidy scheme for Childcare services for jobseekers so that they can attend training courses in order to quickly enter the world of work. It has also published a booklet with useful information on the requirements of 95% of the different workplaces in Malta.
  • The university teacher training course has been raised to the level of Masters and training courses in vocational subjects have been introduced.
  • In addition, the Institute for Education (2015) was set up to provide training and professional development courses for all categories of teachers.
  • The Malta College of Arts, Technology and Science (MCAST) and the Institute for Tourism Studies (ITS), as higher vocational education institutions, have started offering vocational subjects at Masters level.
  • In 2017, a new agreement was signed between the Ministry of Education and the Union of Teachers for the years 2018-22 which considers all teachers as a community of professional educators, with a greater emphasis on professional continuous training and on the link between learning and the world of work.