Uncategorized

Servizz ta’ Matul il-Jum għal studenti li jattendu skejjel tal-Knisja

Il-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi (FES), qiegħda toffri servizz matul il-jum, għal dawk l-istudenti li jattendu skejjel tal-Knisja imma ma jistgħux jattendu kuljum.

Dan is-servizz qed jiġi pprovdut minn Klabb San Ġużepp fl-MCAST, u minn Klabb Maria Bambina fil-Junior College. Iż-żewġ ċentri ġew mgħammra speċifikament biex jilqgħu għal ħtiġijiet ta’ dawn l-istudenti, inkluż aċċess għal wi-fi b’xejn.

Waqt li l-istudenti jkunu fil-Klabb, ikunu jistgħu isegwu l-lezzjonijiet online, jagħmlu x-xogħol tal-iskola, jew jipparteċipaw fl-attivitajiet ta’ Kabb 3-16. Kull klassi tkun immexxija minn adult.

Il-linji gwida maħruġa mill-Awtoritajiet tas-Saħħa rigward COVID-19 huma mħarsa.

Biex wieħed japplika online: https://services.fes.gov.mt/

Imejl: [email protected]

Numru tat-telefon: Klabb San Ġużepp 79388160

Numru tat-telefon: Klabb Maria Bambina 79388204

Is-servizz huwa b’xejn bejn 7am u 2:30pm.

Ir-rati normali ta’ Klabb 3-16 japplikaw bejn 2:30pm u 6pm.

 

The Foundation for Educational Services ( FES) is offering a day service for those students attending Church Schools, that are adopting a rotation schooling system

This service is being offered at Klabb San Ġużepp at MCAST, and at Klabb Maria Bambina at Junior College. Both centres have been furnished to meet the needs of the students, including free wi-fi.

During their time at the Klabb, students can follow their online lessons, do their school work, or participate in Klabb 3-16 activities. Adult supervision and assistance is provided in each class.

Official health guidelines  with respect to COVID-19 are followed.

Online application: https://services.fes.gov.mt/

Queries: [email protected]

Telephone: Klabb San Ġużepp 79388160

Telephone: Klabb Maria Bambina 79388204

 

Service is free between 7am and 2:30pm.

Normal Klabb 3-16 rates apply between 2:30pm and 6pm.