Wara li kienu ngħalqu l-iskejjel tas-snajja, u minn ftit suġġetti vokazzjonali għal ftit studenti magħżulin f’xi skejjel sekondarji, fassalna viżjoni, pjan u strateġija biex illum ninnotaw li:

✅ Il-vokazzjonali u l-applikat sar l-ewwel għażla wkoll bħall-bqija tas-suġġetti

✅ Żidna s-suġġetti vokazzjonali għal 9

✅ Introduċejna 9 suġġetti applikati ġodda

✅ Kull student fis-sekondarja jista’ jagħżel liema suġġetti vokazzjonali u applikati jrid

✅ Kull student fis-sekondarja jista’ jagħżel liema suġġetti jrid peress li Malta toffri sistema inklussiva u ekwa

✅ Bnejna madwar 80 state-of-the-art workshops fl-iskejjel sekondarji kollha f’Malta u f’Għawdex għat-tagħlim vokazzjonali u applikat
✅ Is-suġġetti vokazzjonali u applikati kollha jaslu sal-livell 3 tal-Qafas Malti għall-Kwalifiki bħas-suġġetti l-oħra kollha
✅ Kull suġġett vokazzjonali u applikat huwa marbut mal-industrija b’parti mit-tagħlim isir fuq il-post tax-xogħol
✅ Kull suġġett vokazzjonali u applikat hu assessjat mill-MATSEC bħas-suġġetti l-oħra kollha
✅ Il-Fakultà tal-Edukazzjoni u l-Istitut għall-Edukazzjoni fetħu korsijiet ġodda għal għalliema tas-suġġetti vokazzjonali u applikati
✅ Bil-vokazzjonali u l-applikat l-istudenti jistgħu jissoktaw bl-istudji u bit-taħriġ tagħhom bħalma jistgħu jagħmlu l-bqija tal-istudenti li jagħmlu għażliet oħra.