EducationSchool Initiative

Nitgħallmu Flimkien fl-Iskola Medja tal-Ħandaq

Nippromovu s-Saħħa Fiżika  

Studenti  tas7 u t8 sena, flimkien mal-għalliema u l- LSEs għamlu mixja madwar irring road tal-iskola. L-għan wara din l-attività kien li jippromwovu s-saħħa fiżika speċjalment fis-sitwazzjoni diffiċli li għaddejjin minnha bħalissa. L-istudenti pparteċipaw b’entużjażmu kbir filwaqt li nżammet iddistanza soċjali u mxejw mal-linji gwida tal-Covid 19.  

Din l-attività saret għal għan filantropiku sabiex jikber l-għarfien dwar il-prevenzjoni u l-kura bikrija tal-Kanċer.

Id-donazzjonijiet li ngħataw mill-istudenti u l-membri tal-istaff se jmorru għal Europa Donna Malta u Marigold Foundation.