F’Marzu 2020 konna ħabbarna pjan komprensiv li ġabar flimkien is-setturi u l-livelli kollha edukattivi, mill-kindergarten sal-istituzzjonijiet terzjarji. Dan kien b’rabta mal-għeluq tal-istituzzjonijiet edukattivi, il-progressjoni tal-istudenti, l-eżamijiet, id-dħul f’korsijiet post-sekondarji u terzjarji.
Ftaħna b’suċċess:
- ic-childcare centres f’ Ġunju,
- l-iskejjel u kull istituzzjoni ta’ tagħlim tas-sajf f’Lulju,
- il-kindergartens, l-iskejjel primarji, medji u sekondarji, u l-istituzzjonijiet terzjarji
- u estendejna s-servizzi tal-Klabb 3-16.
F’April fassalna qafas ta’ ħames (5) xenarji possibbli biex inkunu mħejjijin għal dak li ħadd ma kien jaf kif ser tkun is-sitwazzjoni meta l-iskejjel jerġgħu jiġu biex jiftħu f’Settembru 2020. Għalhekk:
- ġew irriveduti s-sillabi kollha sal-Year 8,
- ittieħdu deċiżjonijiet fl-operat, it-tmexxija tal-iskejjel u l-kurrikulu sabiex it-tagħlim jibqa’ għaddej bl-aħjar mod possibbli,
- ippjanajna u wettaqna b’suċċess aktar minn 50 miżura relatata mal-ftuħ mill-ġdid tal-iskejjel u tal-istituzzjonijiet edukattivi,
- sar investiment bla preċedent f’materjal (bħal hand sanitizers, termometri, face shields u maskri, ilbies u materjal protettiv etc) għall-iskejjel kollha tal-Istat inkluż żieda ta’ madwar 240 cleaner, aktar minn 100 security guard (wieħed ghal kull skola) u madwar 50 labourer.
Saru wkoll laqgħat kontinwi u ttieħdu miżuri sabiex l-iskejjel tal-Knisja u Indipendenti ġew assistiti u mgħejjuna finanzjarjament.
Nistgħu ngħidu li sal-lum qed:
- jiġu rrekordjati l-lezzjonijiet ta’ suġġetti mill-primarja sas-sekondarja u jittellgħu regolarment fuq teleskola.mt.
- qed jiġu rriveduti s-sillabi tal-MATSEC, inklużi dawk tas-SEC għas-Snin 9-11 tas-sekondarja bħala parti mill-azzjonijiet meħudin f’kuntest ta’ pandemija,
- ftaħna ċentru fl-Imsida u ieħor f’Raħal Ġdid għal tfal u studenti ta’ skejjel li mhux tal-Istat għal meta ma jkunx imisshom skola,
- ftaħna l-ewwel skola primarja virtwali b’25 klassi għal 600 tifel u tifla vulnerabbli u għal min jinsab f’sitwazzjoni ta’ vulnerabilità, bl-użu ta’ pjattaforma diġitali għat-tagħlim.