EducationSchool Initiative

Preżentazzjoni lil Multiple Sclerosis Society of Malta

no image added yet.

Shania Formosa u Giulio Spiteri, f’isem il-Kunsill tal-Istudenti 2019/2020, ippreżentaw is-somma sabiħa ta’ 5,000 ewro, lis-Sa. Carmen Muscat, il-President ta’ Multiple Sclerosis Society.  Dawn il-flus inġabru fis-sena skolastika li għaddiet wara Casual day, il-Pantomima u fundraising li sar b’relazzjoni ma’ din l-aktar avveniment kbir li jsir fl-iskola.  Il-ħsieb kien li jsiru aktar attivitajiet biex is-somma tkun ikbar, pero sfortunatament dawn ma setgħux isiru minħabba li s-sena skolastika ntemmet ħesrem minħabba l-pandemija.

Waqt il-preżentazzjoni tkellem is-Surmast tal-iskola s-Sur Adrian Galea, li faħħar l-impenn tal-istudenti u l-istaff tal-iskola biex jinġabru dawn il-fondi għal dan l-għan nobbli.  Intant is-Sa. Muscat irringrazzjat lill-iskola u spjegat ix-xogħol li tagħmel din l-NGO.  Attenda din il-preżentazzjoni s-Sur Keith Scicluna, għalliem u wieħed mill-imħuħ wara l-pantomima, li kien qed jirrapreżenta wkoll lill-grupp organizzattiv wara dawn iż-żewġ attivitajiet ta’ ġbir ta’ fondi.