L-iskola Primarja ta’ Birkirkara tiċċelebra l-#antibullying week 2020 flimkien mal-għaqda internazzjonali Anti-Bullying Alliance
L-iskola Primarja ta’ Birkirkara fi ħdan il-Kulleġġ Santa Tereża iċċelebrat l-#antibullying week 2020. Din l-inizjattiva sabet rikonoxximent mill-għaqda internazzjonali Anti-Bullying Alliance li tiċċelebra l-#antibullying week ta’ kull sena f’għadd ta’ skejjel fuq livell internazzjonali.
Fost it-temi li ħarġu mit-tfal hemm:
- Il-Bullying qatt m’hu aċċettat;
- Tista’ tieqaf lill-Bully billi tirraporta lil xi adult li jista’ jgħinek (għalliema, Asst.Kapijiet, Kap tal-Iskola, guidance, counsellor, ġenituri);
- Min jara att ta’ bullying għaddej, anke jekk mhux fuqu, għandu dmir li jirraporta.
Ġew diskussi temi oħra fosthom Cyberbullying, diskriminazzjoni fuq dawk li jidhru jew jaħsbuha b’mod differenti minnha u d- diskriminazzjoni kontra dawk li kellhom il-Covid19 fost temi oħra.