Din is-sena ħadna mpenn ieħor billi b’kollaborazzjoni mal-Malta Community Chest Fund Foundation, minbarra it-tqassim tal-Piggy Banks fl-iskejjel, qed nintroduċu l-Piggy Bank fl-uffiċini tagħna wkoll biex min jista’ u kulħadd b’kemm jista’, nagħtu donazzjoni f’dan il-mument tant diffiċli.
Filwaqt li din il-ġimgħa ser jibdew jinġabru mill-iskejjel, il-Ministeru ser jibda jqassam il-Piggy Bank fl-uffiċini u se jinġabru lura bejn it-22 u t-23 ta’ Diċembru 2020.
Għal darb’ oħra grazzi talli, f’ċirkostanzi bla preċedent bħal dawn, naħsbu u nieħdu ħsieb xulxin.