EducationMinistry for EducationMy Journey

Il-Vjaġġ Tiegħi…eżerċizzju tal-għażla

L-istudenti kollha tal-Year 8 fl-Iskejjel Medji bħalissa qed jiġu preparati għall-eżerċizzju tal-għażla tas-suġġetti li jagħmel parti mill-vjaġġ edukattiv My Journey fejn l-istudenti jistgħu jagħżlu suġġetti akkademiċi, vokazzjonali jew applikati skont l-abbiltajiet, l-interessi u l-aspirazzjonijiet tagħhom. Dan l-eżerċizzju, fil-prattika, jinvolvi sessjonijiet b’mod individwali jew fil-klassi mal-istudenti mit-tim tal-gwida għall-karrieri flimkien ma’ taħditiet online mal-ġenituri biex ngħinu lill-istudenti jagħmlu għażla infurmata. Barra dan, kull kulleġġ qed jalloka jumejn (indikati hawn isfel) fejn il-ġenituri jistgħu jiddiskutu l-għażla tat-tifel/tifla tagħhom mat-tim tal-gwida għall-karrieri. Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jċempel il-kulleġġ rispettiv u jkellem lill-Career Advisor.

Kulleġġ Santa Margerita:               24 u 25  ta’ Frar 2021

Kulleġġ San Tumas:                        8 u 9 ta’ Frar  2021

Kulleġġ San Benedittu:                   4 u 5 ta’ Frar 2021

Kulleġġ San Injazju:                         2 u 3 ta’ Frar 2021

Kulleġġ San Ġorġ Preca:                 11 u 12 ta’ Frar 2021

Kulleġġ Santa Tereża:                      2 u 3 ta’ Frar 2021

Kulleġġ San Nikola:                          25 u 28 ta’ Jannar 2021

Kulleġġ Santa Klara:                         8 u 9 ta’ Frar 2021

Kulleġġ Maria Regina:                     15 u 16 ta’ Frar 2021

 

All Year 8 students in our Middle Schools are currently being prepared for their choice of option subjects which is part of the My Journey educational route whereby students can choose academic, vocational or applied subjects depending on their abilities, interests and future aspirations. This exercise, in practice, includes individual and classroom career guidance interventions with students and online talks with parents to help students make an informed choice. Besides this, each college is targeting two days (as indicated below) whereby parents can discuss their son’s/daughter’s option choice with the career guidance teams.

For further information one can call the respective college and speak to the Career Advisor.

St Margaret’s College                   24 & 25 February 2021

St Thomas More College              8 & 9 February 2021

St Benedict’s College:                    4 & 5 February 2021

St Ignatius College:                        2 & 3 February 2021

San Gorg Preca College:                11 & 12 February 2021

St Theresa College:                         2 & 3 February 2021

St. Nicholas College:                       25 & 28 January 2021

St. Clare College:                             8 & 9 February 2021

Maria Regina College:                   15 & 16 February 2021

Gozo College:                                   23 & 24 February 2021