EducationMinistry for Education

Nissoktaw bl-Osservanza u Nfittxu s-Sapport fir-Responsabbiltà

Bħala parti mill-kampanja ‘Nitgħallmu Lkoll Flimkien’ li l-Ministeru fassal u nieda sa minn qabel il-ftuħ mill-ġdid tal-iskejjel f’Settembru 2020, qed nissoktaw bil-kampanja informattiva biex inkomplu ntennu l-appell tagħna favur l-osservanza tal-miżuri kollha u r-responsabbiltà li lkoll kemm aħna bħala ċittadini neħtieġu nieħdu kull jum daqs li kieku hu l-ewwel jum. B’hekk it-tagħlim ikun jista’ jissokta u t-tfal u l-istudenti jibqgħu jitgħallmu bl-aħjar mod possibbli waqt din il-pandemija wkoll.

Illum qed nippubblikaw video clip qasir b’dan il-messaġġ. Ser isegwu messaġġi oħrajn permezz ta’ mezzi komunikattivi varji.