EducationSchool Initiative

Karnival b’mod remot ġewwa l-Guardian Angel Secondary Resource Centre

Bħalissa għaddejjin minn perjodu fejn il-ħajja kif nafuha tħarbtet. Dak li qabel kien isir b’mod normali issa qiegħed isir b’mod differenti jew qiegħed isir b’mod remot. Qegħdin nadattaw għall-stil ta’ ħajja ġdida. Din is-sena l-karnival ġie ċċelebrat b’modi differenti fl-iskejjel tagħna.  L-għalliema  ġewwa ċ-Ċentru ta’ Riżorsa Guardian Angel riedu jferrħu u jfakkru lill-istudenti tagħhom billi bdew b’parata tal-karnival klassi klassi, bl-għajnuna tal-għalliema flimkien mal-Learning Support Educators. Is-Senior Leadership Team organizza logħba forma ta’ puzzle f’kull klassi rispettiva, fejn l-istudenti riedu jgħaqqdu l-puzzle, iffukata dwar l-istess tema tal-karnival. Wara għamilna kostumi minn materjal riċċiklat flimkien mal-istudenti fejn l-istudenti bi bżonnijiet individwali libsu l-istess kostum. Ħadu pjaċir flimkien pero’ dejjem b’għan wieħed li jibqgħu SAFE waqt din il-pandemija.