EducationMinistry for EducationSchool Initiative

L-iskejjel Virtwali tal-Primarja, Medja u Sekondarja tal-Istat

L-iskola medja (Snin 7 u 8) u dik sekondarja (Snin 9, 10 u 11) virtwali lil-Ministeru għall-Edukazzjoni fetaħ biex jintgħallmu s-suġġetti tal-Malti, l-Ingliż, il-Matematika u x-Xjenza waqt il-pandemija COVID-19 għall-istudenti li huma vulnerabbli jew li jinsabu f’sitwazzjoni vulnerabbli, huma fost numru ta’ inizjattivi li ttieħdu waqt ċirkostanzi li m’humiex faċli u fejn l-isfidi ma jaqtgħu xejn. Fost l-inizjattivi li ttieħdu s’issa sabiex ikomplu jintlaħqu dejjem aktar studenti huma:

  1. l-ftuħ tal-iskejjel primarji, medji u sekondarji kollha, kuljum u għall-istudenti kollha;
  2. l-ftuħ tal-ewwel skola primarja virtwali għat-tafl vulnerabbli jew li jinsabu f’sitwazzjoni vulnerabbli;
  3. l-outreach lejn it-tfal u l-istudenti li għadhom mhux qed jattendu l-iskola għalkemm f’kull skola ttieħdu l-miżuri kollha possibbli; l-iskola primarja virtwali; u
  4. l-lezzjonijiet tas-suġġetti mill-primarja sas-sekondarja li bdew u li qed ikunu rrekordjati mill-għalliema li wieġbu għas-sejħiet li ħareġ il-Ministeru u li qed jittellgħu fuq teleskola.mt taħt it-taqsima ‘Recorded Lessons’ (sa issa ttellgħu 5,200 lezzjoni) u li huma aċċessibbli għal kulħadd f’kull ħin u minġħajr ħlas.

L-iskola virtwali medja u dik sekondarja, bħal dik virtwali tal-primarja, huma organizzati u jitmexxew b’mod strutturat. It-tliet skejjel virtwali:

  1. qed joperaw permezz ta’ pjattaforma diġitali waħda (MS TEAMS),
  2. huma miftuħin mit-Tnejn sal-Ġimgħa għall-istudenti vulnerabbli jew li jinsabu f’ċirkostanza vulnerabbli,
  3. l-istudenti huma miġburin fi klassijiet virtwali għalihom,
  4. l-istudenti huma mgħallma minn għalliema kkwalifikati u ingaġġati fis-servizz pubbliku, u
  5. kuljum isegwu timetable fissa ta’ tagħlim.

L-istudenti tal-iskola medja u dik sekondarja virtwali ser ikunu qed jitħallew ukoll mal-klassi tal-iskola fiżika tagħhom peress li hemm min qed isegwi t-tagħlim mal-għalliema tal-klassi tagħhom. Dan sar biex l-istudenti ma titnaqqsilhomx l-opportunità li jitgħallmu mal-għalliema tagħhom fl-iskejjel fiżiċi tagħhom.

Il-lezzjonijiet li l-għalliema qed jgħallmu fl-iskejjel virtwali tal-Istat ma jaqbżux il-25 minuta kull lezzjoni u dawn il-lezzjonijiet jgħoddu bħala parti mit-total ta’ lezzjonijiet li huma għandhom fil-ġimgħa u dan ma jaqbiżx it-total massimu stabbilit fil-ftehim settorali. It-tagħlim fl-iskejjel virtwali wkoll jinkludi xogħol mogħti lill-istudenti li jissottomettuh lill-għalliema tagħhom għall-korrezzjoni u l-feedback tagħhom.

Matul dawn iċ-ċirkostanzi pendemiċi li m’humiex faċli, il-Ministeru jkompli jħeġġeġ l-impenn fl-għaqda favur it-tagħlim.