Il-kampanja edukattiva u informattiva ‘Nitgħallmu Lkoll Flimkien’ li fassal u nieda l-Ministru mix-xhur tas-sajf 2020 u tul din is-sena skolastika ser tissokta matul il-jiem u l-ġimgħat li jmiss.
L-ippjanar u l-miżuri kollha li daħħalna f’kull skola, bl-osservanza responsabbli tagħhom, u bil-ħidma ġenwina fis-settur favur it-tagħlim, minkejja l-isfidi li ta’ kuljum ikollna nseffqu wiċċna magħhom f’dawn iċ-ċirkostanzi mhux facli, wasslu biex is-sitwazzjoni tkun immaniġġjata sew fl-iskejjel waqt li bl-iskejjel miftuħin is-sitwazzjoni fil-komunita’ hija affettwata tajjeb ukoll.
Matul din il-fażi tal-kampanja ‘Nitgħallmu Lkoll Flimkien’, l-attenzjoni ser tkun fuq il-ħtieġa li t-tfal u l-istudenti li jistgħu imma għadhom mhux jattendu l-iskola u qed jitilfu t-tagħlim, jerġgħu lura l-iskola. Fl-iskejjel għaddej ħafna tagħlim u hija ħasra kbira li għad għandna min qed jitilfu.
Għalhekk, il-Ministeru għall-Edukazzjoni qed jerġa’ għal darb’ oħra jappella biex l-istudenti jattendu l-iskola tagħhom.