EducationMinistry for Education

Kampanja ‘Nitgħallmu Lkoll Flimkien’

Bħala parti mill-kampanja edukattiva u informattiva ‘Nitgħallmu Lkoll Flimkien’ li nieda l-Ministeru għall-Edukazzjoni b’rabta mal-pandemija COVID-19 sa mis-sajf 2020, qiegħed ixandar messaġġi permezz ta’ media varjata favur it-tagħlim u l-importanza tiegħu. Din il-kampanja kienet tinkludi kemm materjal li tfassal u ġie żviluppat lokalment u kif materjal li esklussivament ġie żviluppat flimkien mal-UNICEF.

Matul din il-kampanja kienu spjegati l-miżuri kollha li tfasslu u ddaħħlu fl-iskejjel li nfetħu kollha f’Settembru 2020 kull jum u għat-tfal u għall-istudenti kollha.

Permezz ta’ ‘Nitgħallmu Lkoll Flimkien’ qed isir appell biex it-tfal u l-istudenti li jistgħu jattendu l-iskola biex jitgħallmu u għadhom m’humiex jattendu, jibdew jattendu minnufih. Fl-iskejjel minbarra t-tagħlim formali tas-suġġetti jsir tagħlim ieħor f’komunità ta’ studenti, edukaturi u impjegati li jsawwar l-iżvilupp tal-persuna.

Għalhekk il-Ministeru jkompli jħeġġeġ favur l-attendenza tat-tfal u tal-istudenti fl-iskejjel, waqt li jfakkar li tfal u studenti vulnerabbli gġandhom l-iskejjel virtwali għalihom.