L-ippjanar u l-miżuri kollha li daħħalna f’kull skola, bl-osservanza responsabbli tagħhom, u bil-ħidma ġenwina fis-settur favur it-tagħlim, wasslu biex is-sitwazzjoni tkun immaniġġjata sew fl-iskejjel waqt li bl-iskejjel miftuħin is-sitwazzjoni fil-komunità hija affettwata tajjeb ukoll.
Inħeġġu lit-tfal li jistgħu imma għadhom mhux jattendu l-iskola jerġgħu lura l-iskola.
Fl-iskejjel għaddej ħafna tagħlim u hija ħasra kbira li għad għandna min qed jitilfu.
Nappellaw lill-istudenti sabiex jattendu l-iskola tagħhom.