Option Subjects 2021-2022: Ktejjeb għall-istudenti tal-Year 8 li għadu kif ġie ppubblikat!
Is-sezzjoni ta’ Gwida Għall-Karrieri fi ħdan is-Servizzi Nazzjonali ta’ Sapport għall-Istudenti u d-Direttorat tat-Tagħlim u Programmi t’Assessjar ħadmu flimkien biex ħolqu l-ktejjeb: Options Subjects 2021-2022 – A Handbook for Year 8 students. Dan iservi bħala gwida kemm għall-istudent kif ukoll għall-ġenituri/kustodji legali għaliex jgħin fit-transizzjoni tal-istudenti mill-iskola Medja għall-iskola Sekondarja billi jipprovdi informazzjoni dwar is-suġġetti Akkademiċi, Vokazzjonali u Applikati li l-istudenti jistgħu jagħżlu minnhom waqt il-vjaġġ edukattiv tagħhom waqt is-snin obbligatorji. Jinkludi wkoll eżerċizzji ta’ riflessjoni u informazzjoni li jiggwida l-istudenti waqt il-proċess tal-għażla. Il-handbook jista’ jiġi aċċessat minn: https://euroguidance.gov.mt/wp-content/uploads/2021/02/THE-OPTIONS-HANDBOOK_WEB.pdf
Option Subjects 2021-2022: A Handbook for Year 8 students just published!
The National School Support Services in collaboration with the Directorate for Learning and Assessment Programmes have developed the following handbook: Options Subjects 2021-2022 – A Handbook for Year 8 students. It is a helpful career guidance tool for both students and their parents/legal guardians as it aims to facilitate the transition of the students from middle to secondary school by providing information on the Academic, Vocational and Applied subjects students can choose from during their educational journey in compulsory schooling. It also includes reflective exercises and information to guide students throughout the decision making process. The handbook can be accessed on the following link: https://euroguidance.gov.mt/wp-content/uploads/2021/02/THE-OPTIONS-HANDBOOK_WEB.pdf