Kuntenti ħafna li grazzi għall-ħidma tal-Ministeru tas-Saħħa u l-kollaborazzjoni li għandna magħhom, minn għada l-Erbgħa 24 ta’ Frar 2021 ser jibda t-tilqim tal-impjegati fiċ-ċentri għall-edukazzjoni bikrija, fl-iskejjel u fl-edukazzjoni.
Inkomplu nħeġġu għall-koperazzjoni ta’ kulħadd biex it-tilqim jimxi bl-aħjar mod possibbli.