Wara li tajna statura mill-ġdid lill-edukazzjoni vokazzjonali u applikata f’Malta u b’parita’ ta’ stima ma’ kull tagħlim akkreditat f’pajjiżna, il-bieraħ inġbarna biex iċċelebrajna tliet ‘awards’ partikolari:
? l-istudent Liam Jake Vella ingħata l-VET/Applied Student Award
? l-għalliema Sa Claire Lauri ingħatat il-VET/Applied Lecturer/Teacher/Trainer Award
? Simonds Farsons Cisk ingħata t-Training at Work Award
Nawguralhom u nifirħilhom bl-istess mod kif nagħmel lil kull min emmen mill-bidu, jew li ġie matul dan il-vjaġġ, fil-ħtieġa li l-vokazzjonali u l-applikat ikunu l-ewwel għażla huma wkoll fl-edukazzjoni mainstream.