Matul is-snin 2017 u 2018, id-Direttorat għad-Drittijiet tal-Bniedem b’kollaborazzjoni mas-Servizzi Nazzjonali ta’ Sapport għall-Iskejjel u entitajiet oħra, organizza taħriġ intensiv lil għadd kbir ta’ professjonisti, fosthom counsellors u guidance teachers, bħala parti mill-proġett ‘Full Cooperation: Zero Violence’. Dan it-taħriġ iffoka fuq kif tidentifika u tindirizza l-vjolenza domestika, l-effetti tagħha, u kif tipprovdi l-aħjar appoġġ lill-vittmi tal-vjolenza domestika.
Bħalissa, is-Servizzi Nazzjonali ta’ Sapport għall-Iskejjel qiegħed jerġa’ joffri dan it-taħriġ lil numru żgħir ta’ professjonisti ġodda biex nibqgħu naġġornawhom fuq dak kollu li qiegħed isir f’dan il-qasam.
During 2017 and 2018 the Directorate for Human Rights in collaboration with the National School Support Service and other entities, organised an intensive training programme for various professionals, including counsellors and guidance teachers, as part of the project ‘Full Cooperation: Zero Violence. The training focused on identifying and addressing domestic violence, its effect, and how to support victims of domestic violence.
At present, the National School Support Services are replicating this training for a small number of newly recruited professionals to keep them updated will regards to developments in this specialised and sensitive area.