EducationSchool Initiative

Nitgħallmu flimkien mal-Iskola Primarja tal-Imqabba

no image added yet.

L-Iskola Primarja tal-Imqabba għadha kemm ġiet ippreżentata t-titlu ta’ Dyslexia Friendly School. Dan it-titlu juri l-impenn u d-dedikazzjoni tal-edukaturi tal-iskola tagħna favur l-inklużjoni, fejn jiġu indirizzati l-ħtiġijiet mhux biss tat-tfal bid-dislessija iżda wkoll tat-tfal kollha fl-iskola tagħna.

Il-proċess biex l-iskola ħadet it-titlu ta’ Dyslexia Friendly School ilu sejjer għal dawn l-aħħar erba’ snin sewwa sew mill-2016. Tul dawn is-snin, l-edukaturi ħadmu b’impenn qawwi biex jitħarrġu fil-pedagoġija xierqa, u biex jifhmu dejjem aktar il-ħtiġijiet u l-istili ta’ tagħlim tal-istudenti tagħhom. Fl-istess ħin, huma setgħu jutilizzaw l-istrateġiji u r-riżorsi mmirati lejn it-tfal bid-dislessija mal-istudenti kollha b’mod ekwu.

Il-ħolqien ta’ pjanijiet ta’ azzjoni favur id-Dyslexia, il-promozzjoni tal-għarfien fil-ġenituri permezz tad-Dyslexia Friendly Committee, il-pubblikazzjoni ta’ artikli fil-fuljett tal-iskola, it-tqegħid ta’ preżentazzjonijiet awdjoviżivi fuq il-Facebook tal-iskola, l-użu tan-noticeboards, l-użu ta’ strateġiji ta’ tagħlim multisensorjali kif ukoll implimentazzjonijiet oħra għenu lit-tfal kollha jkomplu jibnu u jiżviluppaw il-ħiliet u t-talenti tagħhom.

Mqabba Primary School is proud to announce that it has just been recognised as a ‘Dyslexia Friendly School’. This title demonstrates the school’s pledge towards inclusion and the staff’s dedication not only to the needs of dyslexic children but also to the needs of all the learners at Mqabba Primary.

Throughout this four-year journey starting from 2016, the educators worked hard and were fully committed towards the required training, to understand the needs and learning styles of the learners and to adopt the use of appropriate Dyslexia Friendly strategies and resources with all students alike. The creation of the yearly Dyslexia Friendly action plans, the raising of awareness through a Dyslexia Friendly committee, the articles in the school newsletter and through the school Facebook page, the use of noticeboards as well as the use of multisensory teaching techniques helped all learners to build on and further develop their skills and talents.

The following audiovisual presentation depicts the Dyslexia Friendly work carried
out at Mqabba Primary School:

https://tinyurl.com/mqabbaprimarydyslexiafriendly