EducationSchool Initiative

Nitgħallmu Flimkien fl-Iskola Medja tan-Naxxar

It-Tnejn 26 t’April u t-Tlieta 27 t’April l-istudenti kollha kellhom l-opportunita` li jiltaqgħu virtwalment ma’ erba’ kittieba kontemporanji Maltin, is-Sur Trevor Zahra, is-Sur Ray Muscat, is-Sa Antoinette Borg u s-Sa Ruth Frendo. Dan sabiex ilkoll flimkien stajna niċċelebraw il-ġimgħa ddedikata lill-Ktieb. Kull kittieb/a qasam/qasmet magħna il-ħsieb u l-binja ta’ kif tinkiteb storja li sa fl-aħħar tissawwar fi ktieb. Fl-istess waqt, l-awturi taw lok lill-istudenti sabiex isaqsu mistoqsijiet. Min-naħa tagħhom l-istudenti ħadu l-opportunita` biex isaqsu xi kurżitajiet li kellhom billi wħud mill-kittieba semgħu dwarhom din is-sena fil-lezzjoni tal-letteratura Maltija.