Il-Ministeru għall-Edukazzjoni qed jerġa’ jippubblika ħames sejħiet għal skemi ta’ boroż ta’ studju b’investiment ta’ aktar minn €2 miljuni (€2,130,000) għall-2021.
Permezz ta’ dawn l-opportunitajiet tad-deheb mijiet oħra ta’ studenti, bħal dawk li bbenefikaw mill-iskemi tas-snin preċedenti, se jkunu jistgħu jkomplu bl-istudji tagħhom u jiżviluppaw aktar l-għarfien u l-ħiliet tagħhom.
Is-sejħiet huma aċċessibbli fuq: https://education.gov.mt/en/education/myScholarship/Pages/default.aspx