Nhar is-Sibt 5 ta’ Ġunju dawk l-istudenti li wrew interess li jsiru għalliema meta ħadu sehem fil-kompetizzjoni “X’tixtieq issir la tikber?” ipparteċipaw f’diversi sessjonijiet dwar il-professjoni tal-għalliema. Dawn is-sessjonijiet saru fil-Kulleġġ t’Għawdex Skola Primarja Rabat, fil-Kulleġġ Maria Reġina Skola Primarja Qawra u fil-Kulleġġ San Tumas More Skola Primarja M’Skala San Ġwakkin. L-istudenti kienu mħeġġa jesploraw x’inhuma dawk l-affarijiet li jagħmlu karriera fl-edukazzjoni waħda sodisfaċenti. Għal aktar informazzjoni żur il-paġna Edukazzjoni fuq Facebook.