Nhar il-Ġimgħa 18 ta’ Ġunju 2021, l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu ppreżentat il-ktieb ‘Kovid l-Imqareb’ lis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Prof. Charmaine Gauci, li għoġobha tagħmel id-daħla tiegħu. Nirringrazzjaw lill-Awtorità tas-Saħħa Pubblika u lill-Prof. Gauci għas-sehem tagħha matul il-pandemija tal-Virus Corona. Dan il-ktieb huwa miktub minn Lydia Zammit, b’disinji ta’ Naomi Gatt u pubblikazzjoni ta’ Kite Group b’kollaborazzjoni mal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu.