Il-Ministeru tal-Edukazzjoni għal darb’oħra qed jorganizza l-attività ‘I Choose’ għall-istudenti kollha tal-11-il sena. Din ser tkun opportunità oħra fejn l-istudenti jistgħu jesploraw karrieri diversi u opportunitajiet ta’ studju hekk kif spiċċaw l-iskola obbligatorja. Din is-sena, minħabba s-sitwazzjoni kurrenti, l-‘I Choose – Nagħżel il-Karriera Tiegħi’ ser tinkludi dawn l-inizjattivi:
- TAĦDITIET IRREKORDJATI minn professjonisti ġejjin minn diversi oqsma ta’ xogħol u setturi edukattivi biex ngħinu l-istudenti jiddeċiedu dwar il-futur tagħhom. Dawn it-taħditiet ser jittellgħu fuq is-sit: https://education.gov.mt/en/IChoose/
- GWIDA GĦALL-KARRIERI B’MOD INDIVIDWALI ONLAJN ma’ professjonisti tal-karrieri biex nagħtu opportunità lill-istudenti jiddiskutu diffikultajiet u dubji relatati mal-futur tagħhom u b’hekk ngħinuhom jagħmlu għażla infurmata. Din il-gwida onlajn ser issir nhar il-ĠIMGĦA 20 ta’ Awwissu bejn l-4-8pm u s-SIBT 21 ta’ Awwissu bejn id-9–1 pm. Appuntamenti jsiru billi wieħed iċempel fuq in-numru 2598 3488 jew billi tintbagħat imejl fuq i[email protected].
Aktar informazzjoni tinstab fuq is-sit: https://education.gov.mt/en/IChoose/.
The Ministry for Education is once again embarking in the ‘I Choose’ event, targeting all Year 11 students. This will be another opportunity whereby our students can explore further career and educational options as they leave compulsory education. This year, due to the current situation, the ‘I Choose – Nagħżel il-Karriera Tiegħi’, will include the following initiatives:
- RECORDED ONLINE TALKS delivered by professionals coming from various employment and educational sectors to help students decide on their future career paths. These talks will be aired on https://education.gov.mt/en/IChoose/
- ONE-TO-ONE ONLINE CAREER GUIDANCE SESSIONS with a career guidance practitioner to give students the opportunity to discuss difficulties and doubts related to their career path and enable them to make informed choices about their future. Online sessions will be held FRIDAY 20TH AUGUST between 4 – 8pm and on SATURDAY 21ST AUGUST between 9 – 1 pm. Appointments are to be made by calling 2598 3488 or by sending an email on i[email protected].
Further information can be found on https://education.gov.mt/en/IChoose/