Apprezzament u ringrazzjament lill-edukaturi tagħna li b‘għemilhom huma tassew xempju favur it-tagħlim u ma jċedux quddiem l-isfidi li jseffqu wiċċhom magħhom fil-missjoni professjonali u morali tagħhom.

Malta grata lejkom talli flimkien mal-bqija tal-komunita edukattiva, anke waqt il-pandemija tal-COVID-19 minn Settembru 2020 ftaħna l-iskejjel kollha, kuljum u għall-istudenti kollha.  Inthom il-protagonisti ewlenin f’dan il-vjaġġ lejn edukazzjoni ta’ kwalita` inklussiva u ekwa għal kull student f’kull ċirkostanza.