Ministry for EducationNational Literacy AgencySchool Initiative

Il-Programm ‘Seħer l-Istejjer / The Magic of Stories’

Fis-sena skolastika 2021-2022, l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu qed toffri l-programm ta’ qari għall-gost ‘Seħer l-Istejjer / The Magic of Stories’ fil-klassijiet tal-kindergarten u l-ewwel sentejn tal-iskejjel primarji.

L-għan tal-programm huwa li jkebbes il-ħajra għall-qari u jħeġġeġ fit-tfal l-imħabba għall-kotba.  Waqt is-sessjoni jinqraw stejjer b’mod interattiv u divertenti biex jistimulaw l-immaġinazzjoni u l-ħsieb kritiku tat-tfal.  Is-sessjonijiet isiru bil-Malti jew bl-Ingliż, darba fil-ġimgħa, fuq firxa tal-inqas tmien ġimgħat,

Aktar tagħrif dwar il-programm tinstab fuq il-paġna tal-facebook: ‘Seħer l-Istejjer/The Magic of Stories’. Ta’ kuljum qegħdin jittellgħu f’din il-paġna tal-facebook sessjonijiet ta’ qari għall-gost bil-Malti u bl-Ingliż fid-8:30, 9:15, 10:45 u 11:15a.m.