Uncategorized

Sessjonijiet divertenti li jsaħħu l-Lingwa u l-Litteriżmu

no image added yet.

Matul din is-sena skolastika, il-Promoturi tal-Litteriżmu tal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu qed joffru sessjonijiet interattivi u divertenti li jsaħħu l-ħiliet tal-lingwa u l-litteriżmu. Dawn is-sessjonijiet qegħdin isiru mal-klassijiet mill-ewwel sas-sitt sena tal-primarja u jdumu t-tul ta’ lezzjoni waħda.

L-għan ta’ dawn is-sessjonijiet hu li l-istudenti jkomplu jitħarrġu fil-ħiliet tat-taħdit, il-qari, il-kitba, il-fehim u l-ispellija bil-Malti u/jew bl-Ingliż. L-Aġenzija qed toffri sessjonijiet ta’ darba ispirati minn programmi varji tagħha u li huma:

  1. Bil-Qari u l-Kitba Niskorja / Footballer’s Read and Write Programme
  2. Naqra Teatru / Drama and Literacy Programme
  3. Nirrakkontaw Storja (Skejjel Rakkontaturi Maltin / Storytelling Schools Malta)
  4. Mill-Qari għall-Kitba / The Journey of Writing
  5. Nispelli, Nilgħab, Nitgħallem / Spelling Games

Minn Ottubru 2021 s’issa f’dawn is-sessjonijiet ipparteċipat 20 skola tal-primarja.