EducationMinistry for Education and Sport

Titħabbar Il-Laqgħa Annwali Ta’ Konsultazzjoni Għall-Awturi U L-Pubblikaturi

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qed iħabbar id-data tal-Laqgħa Annwali ta’ Konsultazzjoni għall-Awturi u l-Pubblikaturi għall-2022, li se ssir online is-Sibt 22 ta’ Jannar bejn l-10am u s-1pm.

Il-laqgħa hija ta’ interess speċjali għall-awturi, il-pubblikaturi, l-illustraturi, l-edituri, u t-tradutturi u tipprovdi opportunità sabiex dawn jaqsmu l-ideat u l-informazzjoni li għandhom dwar punti speċifiċi tal-aġenda. Bis-saħħa ta’ laqgħat bħal dawn il-KNK ikun jista’ jibni l-politika u l-pjan tiegħu fl-aħjar interess tal-imsieħba fl-industrija tal-kotba.

Għal aktar informazzjoni biex tirreġistra żur hawnhekk: https://ktieb.org.mt/mt/news/tithabbar-il-laqgha-annwali-ta-konsultazzjoni-ghall-awturi-u-l-pubblikaturi/

 

 

The Annual Consultation Meeting For Authors And Publishers Is Convened

The National Book Council is convening the 2022 Annual Consultation Meeting for Authors and Publishers online on Saturday 22 January between 10am and 1pm.

The meeting is of special interest to all authors, publishers, illustrators, editors, and translators and provides an opportunity to share thoughts and information on the agenda on the table. Through meetings like this the NBC is able to be in a better position to to come up with its policies that best safeguard the interests of the stakeholders of the publishing industry.

For more information own how to register visit here: https://ktieb.org.mt/news/the-annual-consultation-meeting-for-authors-and-publishers-is-convened/