EducationMinistry for Education and SportSchool InitiativeSportYouths

Active Fridays: PROGRAMM T’EŻERĊIZZJU FIŻIKU GĦAL STUDENTI TAL-PRIMARJA

Għoxrin elf student f’72 skola primarja f’Malta u f’Għawdex se jkunu parti minn programm ta’ attività fiżika fosthom fid-dixxiplina tal-futbol bl-isem Fun Fit Football.  Dan il-proġett se jsir kull nhar ta’ Ġimgħa f’Active Fridays.

Dan il-proġett, li huwa ffinanzjat mill-UEFA flimkien bl-għajnuna tal-Gvern qed isir b’kollaborazzjoni mal-Assoċjazzjoni Maltija għall-Futbol, l-MFA.

Il-Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Isport qed ikompli bil-ħidma tiegħu biex iżid l-attività fiżika fl-iskejjel, kemm bħala parti mill-Istrateġija Nazzjonali dwar l-Isport u wkoll biex jikkumbatti r-rata għolja ta’ obeżità fit-tfal.  Huma dawn il-programmi biss li jgħinuna nibdew biex għada pit għada fl-isport, fil-pathway sportiva, dawn iż-żgħażagħ ikunu  aktar preparati minn dak illi forsi kienu fil-passat.

Dan għandu jkun ta’ eżempju għal numru ta’ assoċjazzjonijiet u federazzjonijiet oħra illi jersqu lejn is-sistema edukattiva biex jagħtu esperjenza edukattiva ħolistika lit-tfal.