Il-Bord tal-Għotjiet għall-Manteniment tal-Istudenti qed iħabbar il-ftuħ tal-iskema Students’ Summer Work Opportunites 2022.
Studenti full-time li temmew l-edukazzjoni sekondarja obbligatorja tagħhom, inklużi dawk fl-aħħar sena tal-istudji tagħhom, jistgħu japplikaw online fuq https://edurecruitment.gov.mt
L-applikazzjonijiet se jkunu miftuħa sal-Ġimgħa, 27 ta’ Mejju 2022 f’nofsinhar. Informazzjoni dettaljata online dwar din l-iskema tinsab fuq education.gov.mt/studentsgrants
Għal aktar dettalji kkuntattjana fuq Freephone 153 jew permezz ta’ e-mail fuq [email protected]
