Matul ix-xahar t’April, fil-Kulleġġ San Benedittu saru sensiela ta’ attivitajiet marbutin mat-tema ‘Flimkien għal Ħajja Aħjar Onlajn’.
Dan sar b’kollaborazzjoni bejn l-edukaturi tal-PSCD u tal-Litteriżmu Diġitali, l-entita’ BeSmartOnline, il-Pulizijia tas-sezzjoni kontra l-vizzji, l-edukaturi ta’ l-arti u l-Kummissarju tat-tfal.
Matul dan ix-xahar saru lezzjonijiet tal-PSCD mal-istudenti tar-raba’, l-ħames u s-sitt sena li kienu marbutin mat-tema tas-sigurta’ onljan. Wara l-lezzjonijiet l-istudenti kienu mħeġġa joħolqu posters diġitali biex jaqsmu dak li tgħallmu ma’ sħabhom l-istudenti fl-istess kulleġġ. Is-sigurta’ onlajn u ċ-ċittadinanza diġitali ġiet anke trattata f’laqgħat għall-ġenituri tal-primarja.
Fiċ-Ċentru tar-riżorsi Hellen Keller ukoll saru attivitajiet relatati mat-tema magħżula. Fl-iskola Medja u fl-iskola Sekondarja saru laqgħat għall-ġenituri b’kollaborazzjoni mas-Cybercrime Unit fi ħdan il-korp tal-pulizja fil-waqt li l-għalliema tal-arti ħadmu mal-istudenti fuq proġetti tal-arti biex isaħħu aktar il-messaġġ favur is-sigurta’ onlajn. Ix-xogħolijiet tal-arti tal-istudenti ġew esposti fil-kulleġġ biex permezz tagħhom jinħoloq aktar għarfien.