ChildcareEducationMEYR

Inrawmu t-Trabi Jaqraw/Teach Your Baby to Read

no image added yet.

L-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni qed torganizza taħditiet online għal dawk il-familji li qegħdin jistennew tarbija. F’dawn it-taħditiet jiġu diskussi suġġetti bħal kif il-ġenituri/kustodji jistgħu jgħinu lil uliedhom, saħansitra minn qabel ma jitwieldu, sabiex jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom tal-lingwa. It-taħditiet se jsiru f’kollaborazzjoni mal-Parentcraft Services u l-familji jistgħu jagħżlu li jsegwuhom bil-Malti jew bl-Ingliż.

Dawn it-taħditiet  jingħataw live bl-użu tal-Microsoft Teams. Kull familja tista’ ssegwi żewġ taħditiet u min jattendi t-tnejn li huma jkun jista’ jiġbor pakkett riżorsi mill-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu, Triq Joseph Abela Scolaro, Il-Ħamrun.

L-Ewwel Parti ser issir nhar il-Ħamis 19 ta’ Mejju mill-10.00-10.45 filwaqt li t-Tieni Parti ser issir nhar il-Ħamis 26 ta’ Mejju mill-10.00-10.45.

Min ikun irid aktar informazzjoni u/jew jixtieq jirriserva post għandu jċempel 2598 2999 jew jibgħat ittra elettronika lil [email protected]. Biex iżżomm ruħek infurmat, segwi l-paġna tal-facebook Aqra Miegħi/Read with Me.

Leave a Reply