EducationMEYR

Seminar organizzat għall-ħaddiema tal-id

Aktar minn 350 ħaddiema tal-id attendew seminar organizzat mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti, seminar li kien iffukat fuq il-proġetti varji li għaddejin fl-iskejjel tal-Istat. Il-Perit Joel Fenech tkellem fuq il-koordinazzjoni, ix-xogħol ta’ manutenzjoni  u l-modernizzar  li qed jitwettaq flimkien ukoll mal-Fondazzjoni tal-Iskejjel t’Għada.

Is-Segretarju Permanenti, Is-Sur Matthew Vella, akkumpanjat minn-Uffiċċjali għolja tal-Ministeru, filwaqt li rringrazzja lill-ħaddiema għall-impenn u d-dedikazzjoni tagħhom spjega kif, bl-isforz kolletiv tal-ħaddiema kollha, jintensifika x-xogħol ta’ tisbiħ u manutenzjoni waqt il-btajjel tas-sajf.  Dan sabiex l-iskejjel jinqgħu jipprovdu ambjent edukattiv sabiħ, sikur u aċċessibbli għall-istudenti u l-edukaturi tagħna.