EducationMEYRNational Literacy Agency

Programmi ta’ Qari għall-Gost fl-Iskejjel

Matul it-tieni term ta’ din is-sena skolastika 2022-2023, l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu qiegħda tkompli toffri l-programm ‘Seħer l-Istejjer/The Magic of Stories’, li hu maħsub għal studenti mill-Kinder sat-tieni sena tal-primarja, kif ukoll ‘Gost il-Qari/The Pleasure of Reading’ li huwa mfassal għall-klassijiet mit-tielet sas-sitt sena tal-primarja.  Dawn il-programmi qed isiru f’45 skola primarja f’Malta u 9 skejjel primarji f’Għawdex.

L-għan ta’ dawn il-programmi huwa li jħeġġeġ lit-tfal jaqraw għall-gost u jiżviluppaw il-ħiliet kritiċi u espressivi tagħhom.  Waqt is-sessjoni jinqraw stejjer mill-animaturi tal-Aġenzija, u jsiru attivitajiet imnebbħin minn ktieb li jgħinu lit-tfal jinterpretaw l-istorja, jiddiskutuha u jħaddmu l-immaġinazzjoni u l-ħsieb analitiku u kritiku tagħhom.  Is-sessjonijiet isiru bil-Malti u bl-Ingliż.

___________________________________________________________________________

During the second term of the current scholastic year 2022-2023, the National Literacy Agency is offering once again reading sessions through the programmes ‘The Magic of Stories/Seħer l-Istejjer’ for Kinder to Year 2 classes, and ‘Pleasure of Reading/Gost-il-Qari’ for Year 3 to Year 6 classes. At present, 45 primary schools in Malta and 9 primary schools in Gozo are hosting these programmes.

Each reading session features the sharing of stories from books as well as other interactive activities animated in such a way that stimulate the children’s motivation and imagination.  These stories and the corresponding activities help the children to interpret, discuss and analyse stories in a critical way.  Reading sessions are held in Maltese and in English.