EducationIl-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK)

Newsbreak: Il-Politika Lingwistika għas-Snin tal-Primarja

Il-Politika Lingwistika għas-Snin tal-Primarja f’Malta u Għawdex tkompli tibni fuq Il-Politika Lingwistika għas-Snin Bikrin. Tfasslet apposta biex tagħti direzzjoni ċara kif jistgħu jintużaw il-lingwi fis-snin tal-Primarja (bejn 7 u 11-il sena). Il-politika tippromwovi t-tagħlim tal-Malti u l-Ingliż f’kuntest multilingwi rikk. Fiha hemm rakkomandazzjonijiet kif it-tfal, ġenituri, kustodji, amministraturi tal-iskejjel u edukaturi tal-għalliema jkunu protagonisti fit-tħaddim tal-bilingwiżmu. L-awturi ta’ din il-politika huma Charles L. Mifsud, Lara Ann Vella u David Muscat. Il-politika tfasslet fuq ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat Ministerjali tal-Politika Lingwistika fl-Edukazzjoni, wara li saret konsultazzjoni pubblika wiesgħa.

Il-Politika Lingwistika għas-Snin tal-Primarja f’Malta u Għawdex tnediet mill-Onorevoli Ministru għall-Edukazzjoni, Sport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Dr Clifton Grima nieda fl-10 ta’ Jannar, 2023. Din it-tnedija saret fl-Iskola Primarja A tal-Mosta, tal-Kulleġġ Maria Reġina.

Id-dokumenti jistgħu jiġu aċċessati hawnhekk:

https://education.gov.mt/en/resources/Documents/Policy%20Documents/Il-Politika%20Lingwistika%20G%C4%A7as-Snin%20Tal-Primarja.pdf

https://education.gov.mt/en/resources/Documents/Policy%20Documents/A%20Language%20Policy%20for%20the%20Junior%20Years.pdf