Ngħidu kelma ma’ Di u Do hija sensiela ta’ għaxar episodji li tesponi lit-tfal fis-snin bikrin (Kinder 1 u Kinder 2) għal-lingwaġġ li jintuża fl-attivitajiet tagħhom ta’ kuljum. It-tfal jistgħu jirrelataw mal-atturi, li jirrappreżentaw żewġt itfal ċkejknin bħalhom, u b’hekk jitħajru jerġgħu jarawhom diversi drabi.
Dawn il-filmati awdjoviżivi jippreżentaw lingwaġġ marbut ma’ temi bażiċi bħall-kuluri, it-temp, l-istaġuni, l-ikel u l-ġugarelli, fost oħrajn, permezz tad-drama u l-kant. It-tfal mhux biss jiġu esposti għall-Malti mitkellem iżda jiġu mħajrin jieħdu sehem fid-djalogi mal-atturi u jkantaw magħhom ukoll.
Dan il-proġett qed isir bl-għajnuna tal-Kunsill Malti għall-Arti u tal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu.
Il-filmati kollha jidhru fil-playlist ‘Ngħidu Kelma ma’ Di u Do’ li tista’ tiġi aċċessata minn din il-ħolqa: htt ps://www.youtube.com/playlist?list=PLZGlYv8NpNKT8KqeZclONKwCrHhD9aX2L