Il-qari jgħin l-iżvilupp konjittiv u soċjali tat-tfal. It-tfal li jieħdu gost jaqraw x’aktarx jibqgħu jaqraw tul ħajjithom kollha u l-qari jgħinhom fl-oqsma kollha tal-ħajja.

L-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu tistinka biex tippromwovi l-gost tal-qari mat-tfal ta’ kull età. Għal daqstant l-Aġenzija kkollaborat ma’ Brandon Terrible Productions biex isiru sessjonijiet iffilmjati ta’ qari, ‘Naqra Naqra’, waqt il-programm ‘ĦEJ’.

Permezz tas-seħer tar-rakkontar tal-istejjer, animaturi tal-Aġenzija jinvolvu u jispiraw tfal ta’ bejn 7 u 14-il sena jaqraw għall-gost. Il-filmati jippromwovu l-bilingwiżmu billi l-animaturi jaqraw kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż.

L-episodji ‘Naqra Naqra’ jixxandru kuljum mit-Tnejn sal-Ġimgħa fl-4:10p.m waqt il-programm ‘ĦEJ’.

Dawn il-filmati jistgħu wkoll jiġu aċċessati fuq il-paġna ta’ facebook tal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu https://www.facebook.com/NationalLiteracyAgency, fuq il-paġna tal-facebook tal-programm ‘ĦEJ’ https://www.facebook.com/hejmaltakids u fuq youtube https://youtube.com/playlist?list=PLJvP13FUA-qBlmkNhUo9zE33VNehZlZGn&si=91lNBHWkHNcQ0yjl