Matul is-sena, l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu toffri bosta sessjonijiet ta’ qari b’xejn tal-programm ‘Gost il-Qari/The Pleasure of Reading’ fil-komunità. Dawn is-sessjonijiet huma maħsuba għal tfal bejn 7 u 11-il sena flimkien mal-ġenituri/kuraturi tagħhom u jsiru f’diversi kunsilli lokali, libreriji u ċentri parrokkjali f’Malta u f’Għawdex. Is-sessjonijiet isiru kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż.
L-għan ta’ dan il-programm huwa li jħeġġeġ lit-tfal jaqraw għall-gost u jiżviluppaw il-ħiliet kritiċi u espressivi tagħhom. Waqt is-sessjonijiet, jinqraw l-istejjer u jsiru attivitajiet imnebbħin minn ktieb li jgħinu lit-tfal jinterpretaw l-istorja, jiddiskutuha u jħaddmu l-immaġinazzjoni u l-ħsieb analitiku u kritiku tagħhom. Is-sessjonijiet ta’ qari jsiru wkoll minn tfal li għandhom għal qalbhom il-qari lil tfal oħra mal-ġenituri/kuraturi tagħhom. Din hija opportunità tad-deheb fejn it-tfal jitgħallmu minn xulxin.
The Pleasure of Reading/Gost il-Qari Programme in the Community
Throughout the year, the National Literacy Agency offers ‘The Pleasure of Reading/Gost-il-Qari’ free reading sessions in various local councils, libraries and parish centres in Malta and in Gozo. Reading sessions are held in Maltese and in English. They are intended for children aged 7 to 11 years together with their parents/guardians.
Each reading session features the sharing of stories from books and other interactive activities animated in such a way that stimulate the children’s interest and imagination. These stories and the corresponding activities help the children to interpret, discuss and analyze stories in a critical way. During some of these sessions, the pleasure of reading is also shared by enthusiastic children who love reading to other children together with their parents and guardians. This is a golden opportunity for children to learn from each other.