During the scholastic year 2023-2024, the National Literacy Agency offered reading sessions of the programmes ‘The Magic of Stories/Seħer l-Istejjer’ (Kinder to Year 2 classes) and ‘The Pleasure of Reading/Gost-il-Qari’ (Year 3 to Year 6 classes) in 47 primary schools in Malta and 10 primary schools in Gozo. Each reading session features the sharing of stories from books and other interactive activities animated in such a way that stimulate the children’s interest and imagination. The main objectives of these sessions are to enhance the love for reading in children from an early age and to share pedagogical methods with educators. The reading sessions are held either in Maltese or in English.
Il-Programmi ta’ Seħer l-Istejjer u Gost il-Qari fl-iskejjel.
Matul is-sena skolastika 2023-2024, l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu offriet il-programmi ‘Seħer l-Istejjer/The Magic of Stories’ li huwa mogħti lill-istudenti mill-Kinder sat-tieni sena tal-primarja kif ukoll ‘Gost il-Qari / The Pleasure of Reading’ li huwa mfassal għall-klassijiet mit-tielet sas-sitt sena tal-primarja. Dawn il-programmi qed isiru f’47 skola primarja f’Malta u 10 skejjel primarji f’Għawdex.
L-għan ta’ dawn il-programmi huwa li jħeġġeġ lit-tfal jaqraw għall-gost u jiżviluppaw il-ħiliet kritiċi u espressivi tagħhom. Waqt is-sessjoni jinqraw stejjer mill-animaturi tal-Aġenzija, u jsiru attivitajiet imnebbħin minn ktieb li jgħinu lit-tfal jinterpretaw l-istorja, jiddiskutuha u jħaddmu l-immaġinazzjoni u l-ħsieb analitiku u kritiku tagħhom. Is-sessjonijiet isiru bil-Malti jew bl-Ingliż.