‘Ġnien in-Naħliet’ hija sensiela ta’ 10 animazzjonijiet viżivi magħmula apposta għat-tfal fit-tieni u t-tielet sena tal-primarja. L-għan ta’ dal-proġett hu li t-tfal ikunu esposti għall-ilsien Malti minn età bikrija u jitgħallmu vokabolarju marbut mal-ħajja ta’ kuljum. Kull episodju jittratta s-sitwazzjonijiet u l-avventuri ta’ erba’ naħliet beżlin, Erika, Iris, Martina u Emma, li jgħixu fi ġnien mimli siġar kbar u fjuri kkuluriti. Wieħed jista’ jsegwi kif dawn in-naħliet iqattgħu l-ġurnata tagħhom u jaraw x’ser jitgħallmu mill-avventuri li jgħaddu minnhom.
Il-kitba hija ta’ Aleks Farrugia, l-illustrazzjonijiet u l-animazzjonijiet ta’ Tina De Groot, id-direzzjoni ta’ Shirley Spiteri Mintoff u l-mużika ta’ Mario Sammut. Il-proġett huwa ffinanzjat mill-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu bi produzzjoni eżekuttiva ta’ Motion Blur. Wieħed jista’ jaċċessa dawn il-filmati b’xejn minn fuq il-paġna ta’ YouTube tal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu https://www.youtube.com/playlist?list=PLZGlYv8NpNKSvPMy8kEI2bSN-QWbDNQ6Q
‘Ġnien in-Naħliet’ is a series of 10 visual animations targeted for Year 2 and Year 3 students. The aim of this project is to expose children to the Maltese language from an early age and offer them an opportunity to learn day-to-day vocabulary. Each episode showcases the adventures and daily lives of four hardworking bees—Erika, Iris, Martina, and Emma—who reside in a vibrant garden filled with large trees and colourful flowers. Viewers can watch how these bees go about their daily lives and learn from their experiences.
‘Ġnien in-Naħliet’ is written by Aleks Farrugia, with illustrations and animations by Tina De Groot, directed by Shirley Spiteri Mintoff, and music composed by Mario Sammut. This project is financed by the National Literacy Agency, with executive production by Motion Blur.
This animated series may be accessed through the National Literacy Agency’s YouTube channel https://www.youtube.com/playlist?list=PLZGlYv8NpNKSvPMy8kEI2bSN-QWbDNQ6Q