EducationNational Literacy Agency

Librerija diġitali ta’ kotba bil-Malti – ‘Qari għal Qalbi’

L-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu tixtieq tinforma lill-edukaturi u lill-ġenituri kollha li ttellgħu 300 ktieb bil-Malti fil-librerija diġitali ‘Qari għal Qalbi’. Din il-librerija diġitali hija aċċessibbli b’xejn mill-paġna elettronika tal-Aġenżija – https://nla.gov.mt/digital-books-in-maltese/.

Il-kotba ngħataw livell tal-qari mill-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu skont il-kontenut tagħhom. Il-kotba diġitali huma ta’ livelli differenti biex l-istudenti kollha jkollhom l-opportunità jsibu kotba addattati għalihom. Hekk l-esperjenza ta’ qari tkun skont il-ħtiġijiet u l-interessi tal-istudenti.

Il-kollezzjoni tinkludi 11-il livell li huma definiti permezz ta’ skala ta’ lwien differenti. L-iktar livell bażiku huwa l-Livell 1 (Roża), u l-aktar diffiċli huwa l-Livell 11 (Lumiċell). Wieħed jista’ jsib aktar informazzjoni dwar il-livelli tal-kotba tal-qari bil-Malti f’https://nla.gov.mt/mt/l-iskema-ta-livelli-tal-kotba-tal-qari-bil-malti-reading-levels-scheme-for-books-in-maltese/.

Digital Library of Books in Maltese – ‘Qari għal Qalbi’

The National Literacy Agency would like to inform all educators and parents that 300 reading books in Maltese books have been uploaded on the digital library ‘Qari għal Qalbi’. This digital library can be accessed free of charge from the National Literacy Agency website – https://nla.gov.mt/digital-books-in-maltese/.

The books were graded by the National Literacy Agency based on their content. The digital books are of different levels so that all students can find books suited to their interests. As a result, children are being offered a unique reading experience and this will encourage them to read more.

The collection is made up of 11 reading levels and each level is defined by a different colour. The easiest level is Level 1, the pink level, and the most difficult level is Level 11, marked as lime. More information about the reading levels for Maltese books can be found on https://nla.gov.mt/mt/l-iskema-ta-livelli-tal-kotba-tal-qari-bil-malti-reading-levels-scheme-for-books-in-maltese/.