EducationIdeasLanguagesMEYRSchool Initiative

Ċelebrazzjoni tal-lingwi u t-tagħlim tagħhom fil-Kulleġġi tagħna.

Post: Skola Medja, Kulleġġ San Benedittu, Ħal Kirkop.

Din l-attività nfetħet b’indirizz mill-Assistent Direttur tas-Snin Bikrin, Lingwi u Studji Umanistiċi Dr. Alice Micallef, dwar l-importanza li nitgħallmu l-lingwi u l-benefiċċji tagħhom u kif dawn jistgħu jgħinuna biex nikkomunikaw mal-kumplament tal-pajjiżi ta’ madwarna.

Wara kien hemm diversi logħob u attivitajiet organizzati mid-dipartimenti tal-lingwi differenti għall-istudenti preżenti li nqasmu fi gruppi żgħar u pparteċipaw b’interess.

Għal din l-attività attendew studenti tat-tmien sena mill-Kulleġġ San Ġorġ Preca u San Benedittu.

Ħajr liċ-Ċentru Ewropew għal-Lingwi Moderni (ECML) u lil BDL Books għar-rigali li taw lill-parteċipanti ta’ din l-attività.