Idħol fid-dinja maġika ta’ The Orchard Book of First Greek Myths, ġabra sabiħa ta’ rakkonti antiki li ngħataw il-ħajja mill-kittieb ta’ talent Malti Saviour Pirotta. F’Novembru, fit-Teatru Salesjan f’Tas-Sliema, tista’ tingħaqad magħna għal esperjenza unika stile Teatru Malta fejn udjenzi żgħażagħ se jiddeċiedu l-istorja!
B’direzzjoni ta’ Sean Buhagiar, b’partitura affaxxinanti ta’ Albert Garzia, dan l-ispettaklu jistieden lill-udjenzi żgħar jivvutaw għal liema storja minn ħames miti ser jaraw fuq il-palk. Se tkun il-kuraġġ ta’ Persew quddiem Medusa? Jew forsi t-traġedja tal-mess tad-deheb ta’ Re Midas? Id-deċiżjoni tkun tagħhom!
F’din il-prestazzjoni interattiva, ż-żgħażagħ mhux biss jaraw—huma jgħinu biex isawru l-ispettaklu. Huwa mod eċċitanti kif tesplora dawn il-miti klassiċi u tieħu sehem fl-avventura!
L-ispettakli huma bejn il-15 u l-24 ta’ Novembru. Ibbukkjaw postkom ma’ Lisa Baldacchino mit-tim ta’ ŻiguŻajg fuq [email protected].
PS: Jaf diġà rċivejtu kommunikazzjoni mingħand Lisa dwar il-ispettaklu; nitolbukom tkellmuna fuq l-email li rċivejtu direttament.
PPS: L-avventura tibda wkoll mil-lum u tkompli wara f’ktejjeb maħdum apposta għall-edukaturi, ġenituri u tfal li ssibuh fuq din il-ħolqa.
Ħerqana immens biex narawkom!