The National Literacy Agency within the Ministry for Education, Sports, Youth, Research and Innovation is currently organising a five-session course entitled ‘Il-Ġenituri l-Ewwel
Għalliema’ for parents/guardians together with their children aged one to three years old. This course is currently held at the National Literacy Centre in Ħamrun.
In these sessions, parents participate in interactive literacy activities together with their children. Parents/guardians are also encouraged to practise these activities at home to help their children develop basic literacy skills from an early age. The activities include interactive discussions and related crafts about the following topics: language development, the enhancement of communication skills especially listening skills, the development of fine motor skills, print awareness and book handling.
For further information regarding the next course that will be held next year, interested parties are encouraged to follow the National Literacy Facebook page: https://www.facebook.com/NationalLiteracyAgency/
______________________________________________________________________________
Il-Ġenituri l-Ewwel Għalliema: Kors ta’ 5 sessjonijiet fuq l-iżvilupp tal-ħiliet tal-lingwa u tal-litteriżmu tat-tfal minn età bikrija
L-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni, Sport, Żgħażagħ, Riċerka u Innovazzjoni, qiegħda torganizza kors ta’ ħames sessjonijiet jismu ‘Il-Ġenituri l-Ewwel Għalliema’ għall-ġenituri/kustodji flimkien mat-trabi jew tfal tagħhom ta’ bejn sena u tliet snin. Dan il-kors qed isir fiċ-Ċentru Nazzjonali tal-Litteriżmu, il-Ħamrun.
Waqt is-sessjonijiet, il-ġenituri/kustodji flimkien ma’ wliedhom jipparteċipaw f’attivitajiet interattivi li jistgħu jsiru wkoll id-dar minn età bikrija biex it-tfal jiżviluppaw il-ħiliet bażiċi fejjieda tal-lingwa u l-litteriżmu. Dawn l-attivitajiet jinkludu diskussjonijiet interattivi kif ukoll krafts fuq temi differenti fosthom: l-iżvilupp tal-lingwa, it-tisħiħ tal-ħiliet komunikattivi b’mod speċjali l-ħiliet tas-smigħ, l-iżvilupp tal-ħiliet sensorjali li jgħinu lit-tfal fil-qari u fil-kitba, l-għarfien dwar l-importanza tal-kelma miktuba fl-ambjent ta’ madwarna kif ukoll il-mod ta’ kif għandhom jintużaw il-kotba biex lit-tfal inħajruhom jaqraw.
Għal aktar informazzjoni fuq il-kors li jmiss li se jsir is-sena d-dieħla, inħeġġukom issegwu l-paġna ta’ Facebook tal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu: https://www.facebook.com/NationalLiteracyAgency/