EducationMEYRNational Literacy Agency

Writing Clubs Organised by the National Literacy Agency

Over the past weeks, the National Literacy Agency organised Writing Clubs for two groups of students: Years 3–5 and Years 6–8. Each club consisted of four sessions, with the aim of strengthening students’ writing skills while encouraging creativity and confidence in written expression.

During the sessions, students explored different writing styles and strategies to organise their ideas effectively. They practised descriptive writing, paragraph structure and the use of adjectives, while also developing characters, settings and story ideas. Students were also introduced to basic journalistic writing, learning how to distinguish between facts and opinions and how to structure a short news report clearly and logically.

The Writing Clubs provided an engaging learning experience and an opportunity for students to develop their creativity in a supportive environment. The younger group was accompanied by their parents.  At the end of the programme, all participants were presented with a certificate and a book in recognition of their commitment and participation throughout the four sessions.

 

Klabbs tal-Kitba organizzati mill-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu

Matul l-aħħar ġimgħat, l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu organizzat Klabbs tal-Kitba offrut lil żewġ gruppi ta’ studenti: mis-Sena 3 sas-Sena 5 u mis-Sena 6 sas-Sena 8. Kull klabb kien jikkonsisti f’erba’ sessjonijiet. L-għan ta’ din l-inizjattiva kien li jissaħħu l-ħiliet tal-kitba tal-istudenti filwaqt li jiġu mħeġġa l-kreattività u l-kunfidenza fil-kitba.

Matul is-sessjonijiet, l-istudenti esploraw stili differenti ta’ kitba u strateġiji biex jorganizzaw l-ideat tagħhom b’mod effettiv. Huma pprattikaw kitba deskrittiva, l-istruttura tal-paragrafu u l-użu tal-aġġettivi, filwaqt li żviluppaw ukoll karattri, ambjenti u ideat għall-istejjer. Barra minn hekk, ġew introdotti għall-kitba ġurnalistika, fejn tgħallmu jagħrfu d-differenza bejn fatti u opinjonijiet u kif jistrutturaw rapport ta’ aħbar qasir b’mod ċar u loġiku.

Il-Klabbs tal-Kitba offrew esperjenza ta’ tagħlim interessanti u opportunità għall-istudenti biex jiżviluppaw il-kreattività tagħhom. L-istudenti ż-żgħar kienu akkumpanjati mill-ġenituri tagħhom. Fi tmiem il-programm, il-parteċipanti kollha ngħataw ċertifikat u ktieb bħala rikonoxximent għall-parteċipazzjoni u l-impenn tagħhom matul dawn l-erba’ sessjonijiet.