Bil-għan li tixpruna l-litteriżmu u t-tagħlim tal-lingwi permezz tal-irrakkontar tal-istejjer, l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu organizzat ir-raba’ edizzjoni tal-Festival Nazzjonali tal-Irrakkontar tal-Istejjer mill-Erbgħa 20 sal-Ġimgħa 22 ta’ Mejju 2026. F’din l-edizzjoni ħadet sehem ir-rakkontatriċi tal-istejjer Jules Pottle, li għaqqdet flimkien l-istejjer u x-xjenza, kif ukoll ir-rakkontatriċi Maltija Patricia Gatt, li tat il-ħajja lir-rakkont folkloristiku ta’ Ġaħan.
Fil-festival kien hemm total ta’ 178 student/a, minn 57 klassi differenti, li rrakkontaw storja lil udjenza magħmula minn studenti, edukaturi u membri tal-ġurija.
Ir-rebbieħa mill-ewwel sat-tielet post ta’ kull kategorija kienu dawn:
Kinder 1:
- L-ewwel post: Kulleġġ San Tumas More, Marsaskala San Ġwakkin
- It-tieni post: Kulleġġ Santa Margerita, l-Isla
- It-tielet post: Kulleġġ San Tumas More, iż-Żejtun A
Kinder 2:
- L-ewwel post: Kulleġġ San Tumas More, iż-Żejtun A
- It-tieni post: Kulleġġ Santa Margerita, Marsaskala San Ġwakkin
- It-tielet post: Kulleġġ Maria Reġina, San Pawl il-Baħar
L-Ewwel Sena:
- L-ewwel post: Kulleġġ t’Għawdex, Ta’ Kerċem
- It-tieni post: Kulleġġ Santa Klara, il-Gżira
- It-tielet post: Kulleġġ Santa Tereża, l-Imsida
It-Tieni Sena:
- L-ewwel post: Kulleġġ San Tumas More, Marsaskala San Ġwakkin
- It-tieni post: Kulleġġ San Tumas More, Ħal Tarxien
- It-tielet post: Kulleġġ Santa Klara, Pembroke
It-Tielet Sena:
- L-ewwel post: Kulleġġ Santa Klara, il-Gżira
- It-tieni post: Kulleġġ Santa Margerita, il-Birgu
- It-tielet post: Kulleġġ t’Għawdex, Ta’ Kerċem
Ir-Raba’ Sena:
- L-ewwel post: Kulleġġ Santa Klara, il-Gżira
- It-tieni post: Kulleġġ San Tumas More, iż-Żejtun B
- It-tielet post: Kulleġġ t’Għawdex, Ta’ Kerċem
Il-Ħames Sena:
- L-ewwel post: Kulleġġ San Tumas More, Ħal Tarxien
- It-tieni post: Kulleġġ Santa Klara, il-Gżira
- It-tielet post: Kulleġġ Santa Margerita, l-Isla
Is-Sitt Sena:
- L-ewwel post: Kulleġġ t’Għawdex, il-Qala
- It-tieni post: Kulleġġ Santa Klara, il-Gżira
- It-tielet post: Kulleġġ San Nikola, il-Baħrija
L-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu tirringrazzja lil dawk kollha li wrew tant ħeġġa f’dan il-festival tal-irrakkontar tal-istejjer.







