Skolasajf 2018 tiċċelebra l-Belt Valletta bħala Kapitali Ewropeja tal-Kultura

Il-ġenerazzjonijiet futuri ta’ Malta kif jistgħu jbidlu d-dinja jekk ma nagħlmuhomx fuq id-diversità? Il-poplu hu ddominat mill-idea li nagħlmu lit-tfal tagħna biex jassorbu kull tip ta’ informazzjoni, iżda mhux biss. Importanti li ninkorporaw attivitajiet u materjal li jespandi lil hinn.

Din is-sena, bil-Belt Valletta Kapitali Ewropeja tal-Kultura, hu żmien verament addatat sabiex il-programm Skolasajf 2018 ikollu t-tema prinċipali ‘Ngħixu l-kultura’.

Permezz ta’ din it-tema, t-tfal se jkunu gwidati biex iħarsu lejn il-kultura b’mod aktar ħolistiku u b’mod interessanti. Permezz tal-programm, se jkunu jistgħu jesploraw il-kultura nazzjonali u kulturi oħra internazzjonali permezz ta’ numru ta’ attivitajiet, kombinati wkoll ma’ attivitajiet li se jsiru fis-Sajf għall-Kapitali Ewropeja tal-Kultura fil-Belt Valletta u b’numru ta’ temi oħra li se jgħinu lit-tfal jifhmu aħjar u japprezzaw il-kultura minn perspettivi varji.

Permezz ta’ attivitajiet varji bħal arti u crafts, logħob u attivitajiet sportivi, tisjir, drama, kant u qari, it-tfal se jkunu jistgħu jesperjenzaw il-kultura ta’ pajjiżna u pajjiżi oħra fi programm strutturat biex b’hekk jikbru u jiffunzjonaw f’kultura li m’għandiex identità waħda lesta għalihom.

X’inhi Skolasajf?

Skolasajf hu proġett nazzjonali organizzat mill-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi (FES), li toffri edukazzjoni mhux obbligatorja fix-xhur tas-Sajf. Tfal bejn it-tlett snin u s-sittax-il sena jistgħu jattendu programm mimli attivitajiet u ħruġ. Is-servizz hu offrut f’numru ta’ ċentri madwar Malta u Għawdex u jsir fi skejjel primarji u Ċentri ta’ Riżorsi. It-tfal jistgħu jagħżlu lokalità li jridu huma, b’kull ċentru joffri l-istess programm skond il-gwidi uffiċjali maħruġa mill-FES. Il-programm hu twil tmien ġimgħat u t-tfal jingħaqdu skond l-età. Dawk il-persuni li jixtiequ jaħdmu mall-FES waqt Skolasajf, jistgħu jagħmlu dan billi japplikaw fuq is-sit tal-FES fuq recruitment.fes.gov.mt