Nhar it-Tnejn li għadda l-Ingliżi qamu filgħodu bi breakfast show fuq ITV bit-tfal tal-Primarja tal-Qrendi jimxu.
L-istazzjon ITV kien qed jissieħeb f’kollaborazzjoni mal-kampanja Daily Mile, li hija inizjattiva biex iktar tfal u zgħażagħ jagħmu tal-inqas mil f’mixi kuljum. Din l-inizjattivi oriġinat minn Kap ta’ Skola Skoċċiża li għandha l-għan li tħeġġeġ lill-istudenti jitilqu l-pitazzi u l-kotba u jsibu ħin biex jiċċaqalqu, jimxu u jiġru u hekk tiġi miġġielda l-obeżità barra vantaġġi oħra. Id-Daily Mile Run tiġġieled kull preġudizzju u hu eżerċizzju nklussiv.
L-inizjattiva qed issir f’diversi pajjiżi madwar id-dinja fosthom Malta. It-tfal tal-Qrendi għamlu d-Daily Mile Run waqt li kienet qed issir ix-xandira msemmija tal-ITV.
Barra minn hekk, il-korrispondenta Helen Skelton intervistat żewġ studenti u l-għalliem tal-PE dwar id-Daily Mile Run fl-iskola tal-Qrendi waqt li fl-isfond il-kumplament tat-tfal kienu għaddejjin bil-Mile Run tagħhom. Ta’ min iżid li ż-żewġ studenti impressjonaw lil ħafna għal mod brillanti kif esprimew ruħhom bl-Ingliż mingħajr biża’.
Good Morning Britain hu programm ferm segwit li hu stmat li għandu miljuni li jseguwh kuljum. Inzerta li dakinhar fl-Ingilterra kienet bank holiday u għalhekk kien hemm udjenza ikbar.
Ta’ min iżid li l-inizjattiva ġiet mill-ITV u l-iskola tal-Qrendi ntgħażlet mill-istess stazzjon. Din kienet l-unika skola f’Malta li ngħatat din l-opportunità. L-amministrazzjoni tal-iskola flimkien mal-Prinċipal is-Sur Paul Debono u l-Kunsill Lokali tal-Qrendi l-jum ta’ qabel ħejjiet il-preparamenti kollha biex ix-xandira tkun suċċess.